Barranin
Anzjan jidħol il-Qorti biex jibdel l-età minħabba Tinder

Ġermaniż li għandu 69 sena daħal il-Qorti biex jibdel l-età tiegħu. Dan bil-għan li jkollu aktar ċans biex joħroġ ma’ xi ħadd.

Emile Ratelband ta’ 69 sena jrid jibdel id-data tat-twelid minn 11 ta’ Marzu, 1949 għal 11 ta’ Marzu 1969.

Huwa qed jargumenta li qed ngħixu f’soċjeta li tista’ tibdel ismek u s-sesswalità tiegħek iżda mhux l-età.

Il-każ mistenni jinqata’ fi żmien xahar. Madankollu l-Qorti hija xettika dwar il-każ, hekk kif m’hemm ebda mekkaniżmu legali biex persuna tibdel id-data tat-twelid.

Minkejja dan Ratelband qed jibqa’ jargumenta li qed ikun diskriminat minħabba l-età tiegħu, hekk kif din qed taffettwalu l-possibiltà li jsib impjieg u qed jonqoslu ċ-ċans fuq Tinder.

Huwa qal li ta’ 69 sena huwa limitat. Jekk ikun ta’ 49 sena ikun jista’ jixtri dar ġdida, isuq karozza differenti u jkun jista’ jsib aktar xogħlijiet.

Żied jgħid li meta jkun fuq Tinder u jgħid li għandu 69 sena jibqa’ bla tweġiba iżda jekk ikollu 49 sena bl-istess wiċċ l-istorja tkun differenti.

Qed jargumenta li skont it-tobba minkejja li għandu 69 sena tista’ tgħid li għadu ta’ 45 sena.

Jekk il-Qorti taqtagħlu xewqtu huwa lest li ma jiħux l-pensjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-MP Merriman tal-partit konservattiv Ingliż inqabad jiddieħek b’membru tal-istess partit waqt seduta parlamentari. Merriman inqabad bil-filmat jipponta lejn Michael Fabricant u jidħak b’Michael Fabricant ma’ min kien qiegħed maġenbu. Il-membru…

Barranin

L-ex Ministru (First Minister) tal-Iskozja, Alex Salmond, mistenni jitressaq taħt arrest quddiem il-Qorti llum. Mill-ewwel informazzjoni li l-Pulizija tat lill-midja jirriżulta li Salmond, li għandu 64 sena, se jkun qed…

Barranin

Tifel ta’ ftit inqas minn sentejn fl-Italja jista’ jgħoddha b’waħda wara li ġie salvat mit-tobba li ħarġulu b’suċċes ‘clipper’ tad-dwiefer li kien bela’. Kien hemm sogru kbir li l-‘clipper’ twil…

Barranin

Fiċ-Ċina, ħames xadini ġew ġenetikament modifikati biex ma jorqdu qatt. L-esperiment sar bit-tir li jiġi studjat il-fenomenu li xi wħud xi drabi jesperjenzaw – dik li ma jkunux jistgħu jorqdu…

Aktar