Kronaka
Anzjan jindarab gravi f’argument quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir

Il-pulizija qed tinvestiga inċident li seħħ illum waranofsinhar fil-Belt.

Fl-inċident, anzjan ta’ 81 sena mill-Belt spiċċa ferut gravi wara li waqa’ x’iktarx waqt argument qrib il-qorti.

Jidher li l-argument żviluppa waqt li grupp ta’ madwar għaxra minn nies kienu qed ipoggu fjuri u xemgħat f’riġlejn il-monument tal-Assedju sigħat wara li reġa’ nfetaħ hekk kif intemm xogħol ta’ restawr miegħu.

Kien hawn li għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart, żviluppa l-argument bejn in-nies li kienu f’riġlejn il-monument, u l-anzjan li kien ma’ raġel ieħor ta’ 73 sena mill-Belt ukoll.

L-anzjan ta’ 81 sena ttieħed l-isptar fejn inżamm għall-kura. Il-każ qed ikun investigat mill-Pulizija mill-għassa tal-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

L-avukat Omar Caruana, li fl-2015 kien ikkundannat sena ħabs fuq frodi b’rabta mal-irwol tiegħu bħala eks teżorier tal-banda ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid, inħeles mill-akkużi wara li appella mis-sentenza. Caruana, flimkien…

Qorti

Missier Charlene Farrugia, John Farrugia xehed li l-fdalijiet ta’ bintu nstabu l-għada li hu kien żar il-qabar ta’ Kristu fl-Art Imqaddsa. Irrakkonta kif f’Lulju tas-sena l-oħra żar l-Art Imqaddsa mal-Arċipriet…

Aktar