Kronaka
Anzjan jindarab gravi f’attentat ta’ serqa

Anzjan ta’ 72 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li allegatament ġie aggredit minn tliet persuni f’attentat ta’ serqa. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq Santa Katarina f’Ħal Qormi. Il-pulizija qalu li l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post mingħajr ma serqu xejn u bħalissa għaddejja tfittxija għalihom.

L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

Il-Gozo Tourism Authority qed tappella biex ma jittieħdux deċiżjonijiet mgħaġġla f’dak li għandu x’jaqsam mal-aħbar li jaf jitnaqqsu l-ħaddiema tal-Air Malta fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Filwaqt li tifhem il-preokkupazzjonijiet tal-kumpanija u…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar ir-rebbieħa għat-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premju nazzjonali li jiċċelebra l-kisbiet tas-setturi kulturali u kreattivi. F’dawn iż-żminijiet straordinarji li qed ngħixu fihom minħaba l-imxija tal-COVID-19, iċ-ċerimonja tal-għotja…

Qorti

Natalie Bonello ta’ 45 sena wieġbet mhux ħatja li serqet anzjana iżda baqgħet taħt arrest minħabba biża’ ta’ intraċċ tal-provi. Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, qalet li hemm persuna oħra…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12.30pm. Hi mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tal-COVID-19 f’pajjiżna. Il-konferenza se tixxandar live fuq TVM, tvm.com.mt u fuq Facebook.

Aktar