Kronaka
Anzjan jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 72 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5pm fi Triq Duminku Mintoff. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Nissan GT-R, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Isla, u vettura tat-tip Suzuki Alto, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Fgura, li sofra xi ġrieħi.

Mar-raġel ta’ 72 sena, kien hemm passiġġiera mara ta’ 70 sena residenti l-Fgura, li wkoll sofriet xi ġrieħi.

Għaldaqstant, fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-persuni Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel ta’ 34 sena ma sofra l-ebda ġrieħi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 5️⃣0️⃣0️⃣,0️⃣0️⃣0️⃣ – GRAZZI! 🇲🇹 5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 –…

Din is-sena l-vendemmja naqset iżda l-kwalità tal-għeneb kienet tajba ħafna. Dan intqal minn produttur ewlieni tal-inbid lokali Jeremy Cassar li appella wkoll biex iż-żgħażagħ li jixtiequ jinvestu fl-agrikoltura u l-vitikultura…

Għandu 40 sena u ilu seba’ snin jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor jibni l-kastelli bir-ramel, u jgħix ġo kamp. Peter Havel mir-Repubblika Ċeka qal li għalih dan huwa l-isbaħ stil ta’…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Aktar