Kronaka
Anzjan jindarab gravi wara li nqabad bejn żewġ vetturi

Raġel ta’ 73 sena weġġa’ gravi meta l-van tiegħu allegatament mexa waħdu u nqabad bejn il-van u karozza oħra li kienet ipparkjata.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq Strickland, Ħaż-Żabbar.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.