Kronaka
Anzjan jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza

Anzjan ta’ 79 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’ Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am fi Triq Salvu Psaila.

L-anzjan residenti Birkirkara nlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 46 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet l-anzjan l-isptar.