Lokali
Anzjan jindarab gravi wara li ntlaqat minn vettura

Anzjan ta’ 72 sena ndarab gravi wara li ntlaqat minn vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.30pm fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 24 sena residenti Bormla, kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Kia Avella meta għal xi raġuni laqat raġel ta’ 72 sena residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tistqarr li jkun żball jekk il-kannabis tiġi ppreżentata bħala sustanza li tista’ tintuża għal skop rikreattiv. Waqt il-programm Ras imb ras hija spjegat x’se jagħmel…

Lokali

Il-quddiesa tal-lejla fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt, li fiha Patri Deo Debono, kien wieħed mill-konċelebranti kienet l-aħħar waħda tiegħu fil-pubbliku, almenu għalissa. Dan wara li l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeċieda…

Parlament

Il-binja tal-Parlament baqgħet tagħmel l-ilma u dan minkejja skont l-Ispeaker Anglu Farrugia saru xogħlijiet ta’ manuntenzjoni biex tiġi indirizzata l-problema li kienet mill-bidu nett u li kkawżat problemi kemm għall-impjegati…

Aktar