Kronaka
Anzjan jindarab gravi wara li raġel imbottah waqt serqa

Anzjan weġġa’ gravi wara li flimkien ma’ martu safa vittma ta’ serqa.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq Nicolo Isouard, Tas-Sliema.

Raġel mhux magħruf avviċina mara ta’ 87 sena u raġel ta’ 91 sena, residenti Tas-Sliema u seraq ġiżrana minn ma’ għonq il-mara filwaqt li mbotta lir-raġel, li b’konsegwenza t’hekk dan waqa’ mal-art.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li permezz t’ambulanza, ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia deher dieħel id-Dar Ċentrali għal-laqgħa kruċjali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Huwa kien milqugħ minn xi partitarji Nazzjonalisti. Mistoqsi minn TVM, Adrian Delia qal li mhux se…

Lokali

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed torganizza wirja bil-proġetti innovattivi li saru mill-istudenti fil-kors tal-Inġinerija. Ta’ kull sena din isservi ta’ pjattaforma biex l-inġiniera ta’ għada juru dak li jkunu…

Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Aktar