Qorti
Anzjan jinħeles mill-akkużi ta’ importazzjoni u pussess ta’ kokaina wara 17-il sena li seħħ il-każ

Antonio Gatt ta’ 69 sena minn Raħal Ġdid inħeles mill-akkużi ta’ assoċjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat tad-droga.  Il-każ imur lura 17-il sena meta Gatt ġie arrestat mill-Pulizija fil-parkeġġ tal-ajruport hekk kif kien għadu kif irċieva pakkett li fih instabu 2.2 kilogrammi kokaina.

Il-pakkett kien wasal Malta mill-Kanada bil-posta u kien indirizzat fuq isem li ma jeżistix f’indirizz fil-Marsa.  Il-Pulizija kellha suspett li l-pakkett kien fih xi droga u segwew il-każ li fih kien hemm implikati numru ta’ persuni li lkoll ġew arrestati biex jgħinu fl-investigazzjoni.

Il-Qorti eżaminat bir-reqqa l-provi kollha mressqa quddiemha u deherilha li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova lil hinn minn kull dubju li Antonio Gatt kien involut f’xi assoċjazzjoni, importazzjoni u pussess aggravat ta’ droga u lanqas li kien ftiehem ma’ terzi persuni biex jittraffika jew jimporta d-droga.

Qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, qieset li minn dak li ħareġ mix-xhieda l-imputat ġie ttradut minn ħuh Laurence Gatt, li kien jiġi r-raġel t’oħtu.  Mart Antonio kienet qalet lill-Prosekuzzjoni li Laurence Gatt kien daħħal lil ħuh f’ħafna inkwiet.

Kien Laurence Gatt li laqqa’ lil ħuh ma’ ċertu Norman Bezzina li kien mar il-Kanada u akkwista d-droga u ried jara kif se jdaħħalha f’Malta.  Antonio Gatt kien xehed fil-ġuri ta’ Norman Bezzina, b’dan tal-aħħar eventwalment instab ħati.  Laurence Gatt baqa’ qatt ma ġie ġudikat peress li miet tul il-proċeduri.

Il-Qorti ordnat li d-droga in kwistjoni għandha tinqered.  Għal Antonio Gatt dehru l-avukati Joe Giglio u Jason Azzopardi.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar