Kronaka
Anzjan jinstab mejjet fit-triq fi Blata l-Bajda

Raġel ta’ 81 sena li jgħix il-Floriana nstab mejjet illum waranofsinhar fi triq ewlenija fi Blata l-Bajda.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kienet infurmata għall-ħabta tal-4.05pm li kien hemm persuna mal-art fil-limiti ta’ Triq Nazzjonali.

Fuq il-post issejħu membri miċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana, li ċċertifikaw lill-anzjan mejjet fuq il-post.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Audrey Demicoli.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2025. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Aktar