Kronaka
Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa’ 3 sulari

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari.

Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa tat-Tnejn filgħaxija, meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab fi Triq l-Indipendenza fil-Pietà.

Minn informazzjoni li għandu TVM jirriżulta li l-anzjan kien qed jaqta’ bajtar fil-post meta għal xi raġuni żelaq, waqa’ għoli ta’ tlett sulari u spiċċa taħt is-sur u miet fuq il-post.

Fuq il-post issejħu pulizija u wkoll membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li għenu biex l-anzjan jittella’ minn fejn kien. Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-maġistrat.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Aktar tard din is-sena partijiet minn Malta mistennija jerġgħu jintużaw għall-film blockbuster. Il-film ġdid ‘Jurassic World 3′ mistenni jinħareġ fis-swali taċ-ċinema f’Ġunju tas-sena d-dieħla. L-aħħar film minn din is-serje kellu…

Politika

Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħala Ministru tal-Edukazzjoni se jaħdem, fost affarijiet oħra, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fis-sistema biex ħadd ma jaqa’ lura, u biex iżjed nies ikomplu jistudjaw, anke…

Politika

Waqt żjara fil-ħwienet fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Robert Abela intlaqa’ mill-pubbliku, is-sidien, u l-ħaddiema tal-istabillimenti fi Triq ir-Repubblika. Dr Abela qal li l-Gvern qiegħed u ser ikompli jwettaq il-wegħda tiegħu…

Lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Terry Jones; storiku u artist, magħruf l-iktar għas-serje televiża Monty Python and the Flying Circus. Terry Jones miet ta’  77 sena, wara li għall-aħħar erba’ snin kien…

Aktar