Kronaka
Anzjan l-isptar wara li nqaleb bil-karozza

Anzjan ta’ 74 sena mill-Fgura ddaħħal l-isptar wara inċident bil-karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am f’ Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ TVM li s-sewwieq qabad il-bankina u nqaleb bil-vettura.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.