Kronaka
Anzjan midrub gravi f’inċident tat-traffiku ma’ trakk

Anzjan ta’ 66 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 fi Triq it-Torri, tas-Sliema meta vettura tat-tip Toyota Aygo, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 66 sena, residenti tas-Sliema stess ħabat f’trakk tal-konkrit tal-għamla Astra li kien wieqaf.

Ir-raġel ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar