Kronaka
Anzjan ta’ 72 sena li kien qed isuq mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ karozza

Sewwieq ta’ mutur, anzjan ta’ 72 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ karozza.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq Dawret San Pawl il-Baħar.

Il-ħabta seħħet bejn karozza Mercedes misjuqa minn raġel mill-Afrika t’Isfel ta’ 43 sena, residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Kawasaki, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Ħamrun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ