Lokali
Anzjan ta’ 78 sena jindarab gravi fi stalla f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 78 sena miż-Żejtun ndarab gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi stalla f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa meta l-anzjan weġġa’ waqt li kien qed jaħdem bi grinder.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li wasal fuq il-post. Ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie
ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.