Lokali
Anzjan ta’ 86 sena jindarab gravi f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Anzjan ta’ 86 sena minn Ħaż-Żebbuġ indarab gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15 a.m. fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ meta seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa mill-anzjan u Toyota misjuqa minn raġel ta’ 42 sena minn Ħal Lija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-Mazda l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.