Anzjana bi grieħi gravi l-isptar wara li ttajret fil-Mosta

Anzjana ta’ 69 sena mill-Mosta ittieħdet l-isptar għall-kura wara li ttajret minn korozza fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.50 p.m. f’Valletta Road il-Mosta.

Il-karozza li tajret l-anzjana kienet qed tinstaq minn amra ta’ 31 sena minn Birkirkara.

Ambulanza ħadet lill-anzjana l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi iżda mhix fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.