Kronaka
Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura f’Raħal Ġdid

Mara ta’ 86 sena residenti Raħal Ġdid tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.10pm fi Triq Tal-Borġ, Raħal Ġdid.

Il-mara ntlaqtet minn vettura ta’ tip Honda Jazz misjuqa minn Libjan ta’ 43 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li fetaħ inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.