COVID-19
Anzjana f’San Vinċenz tittestja pożittiva għall-Covid-19

Persuna residenti f’San Vincenz de Paule instabet pożittiva għall-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, waqt il-konferenza stamp tal-lum.

Prof Gauci qalet li r-residenta hija anzjana ta’ 88 sena, li sfortunatament tbati minn kundizzjonijiet oħra. Żiedet li qed isir contact tracing tal-pazjenti u l-ħaddiema li setgħu ġew f’kuntatt magħha.

TVM infurmat li r-residenta kienet tinsab fis-sala Saint Francis 1.

L-anzjana f’San Vinċenz hija fost każijiet ġodda marbuta ma’ sptarijiet imħabbra llum mill-Prof Gauci, li jinkludu anzjana u żewġ ħaddiema fl-isptar t’Għawdex, health care worker f’Karin Grech, u żewġ carers fl-isptar Zammit Clapp.

Ara wkoll:

Ikkonfermat 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 – jitilgħu għal 350

Aħbarijiet Oħra

Il-Bord tal-Accountancy issospenda l-warrants ta’ Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT, ftit jiem wara l-arrest tagħhom. Il-Bord issospenda wkoll iċ-ċertifikati tal-prattika li permezz tagħhom Tonna u Cini jeżerċitaw…

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral, li jdur mill-Punent Majjistru ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-Sibt fl-10 a.m. u terġa’…

Titjira tal-linja tal-ajru Ryanair li waslet Malta minn Stansted Londra, talbet l-assistenza tal-pulizija Maltija wara li ġuvni u tfajla rrifjutaw jilbsu l-maskra tul it-titjira. TVM kkonferma mal-pulizija li l-kaptan tat-titjira…

Aktar