Kronaka
AĠĠORNAT: Anzjana tindarab gravi wara li ntlaqtet minn vann

Anzjana ta’ 86 sena ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn vann. L-inċident seħħ għal ħabta tal-11.30am fil-Gżira.

Il-vann li laqat lil mara kien qed jinstaq minn raġel ta’ 55 sena minn San Ġiljan.

L-inċident seħħ hekk kif il-vann ħareġ minn Triq San Albert u dar ‘l isfel għal Triq D’Argens. Kien f’dan il-mument li l-anzjana ntlaqtet mill-vettura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-isptar għall-kura.

Rapport tal-inċident qed isir mill-Pulizija tad-Distrett.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

L-Air Malta qalet li sabiex tassigura li jkomplu d-diskussjonijiet mal-ALPA, l-unjin li tirrappreżenta l-piloti tal-Air Malta, il-kumpanija qablet li tirtira l-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-ALPA. Bħala sinjal ta’ rieda tajba,…

Qorti

Raġel ta’ 23 sena mis-Somalja, residenti ż-Żebbuġ tressaq il-Qorti akkużat li nhar is-Sibt weġġa’ persuna gravi. Quddiem il-Maġistrat Brigette Sultana, huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi…

Qorti

Silvio Camilleri ta’ 35 sena li joqgħod il-Gżira ġie mixli li f’nofs il-ġimgħa l-oħra wettaq serq aggravat bil-vjolenza minn spiżerija f’Ta’ Xbiex, żamm żewġ persuni kontra l-volontà tagħhom u kellu…

Qorti

Raġel miż-Żurrieq ġie mixli li x-xahar l-ieħor ħebb għal tfajla b’sikkina u kkaġunalha ġrieħi ħfief. L-Ispettur Trevor Micallef qal li t-tfajla allegat li ħebb għaliha meta ppruvat twaqqfu milli jieħu…

Aktar