Lokali
Aġġornat: Anzjana l-isptar wara li saqqu ħa n-nar b’sigarett f’residenza fiż-Żurrieq

Anzjana ta’ 75 sena sofriet ġrieħi gravi wara li l-Ħadd filgħaxija ddaħħlet l-isptar wara nar f’residenza fi Triq Santa Katerina fiż-Żurrieq

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li kienu nfurmati bil-każ għall-ħabta tas-6pm u minn stħarriġ li sar irriżulta li n-nar kien fil-kamra tas-sodda fejn fiha kien hemm żewġ anzjani ta’ 75 sena.

Fuq il-post mar tim mediku u ambulanza li ħadet liż-żewġ anzjani l-isptar għall-kura. L-anzjana l-oħra għalkemm ingħatat kura għad-dħaħen li belgħet, ma sofrietx ġrieħi.

tvm.com.mt huwa nfurmat li n-nar tħeġġeġ wara li saqqu ħa n-nar b’sigarett. Fuq il-post marru wkoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar