COVID-19
Anzjana ta’ 98 sena li tgħix f’dar tal-anzjani f’Bormla waħda mill-5 każijiet ta’ Coronavirus

TVM jinsab infurmat li wieħed mill-ħames każijiet ta’ Coronavirus ikkonfermati llum hija anzjana li tgħix f’dar tal-anzjani f’Bormla.

L-anzjana nstabet bil-virus mir-random testing li qed isir fid-dar.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana ta’ 98 sena ġiet trasferita għall-Isptar St Thomas. Bħala prekawzjoni, ir-residenti u l-istaff ta’ din id-dar ġew ittestjati u qed jistennew ir-riżultat. Anzjana li kienet fil-kamra mal-każ pożittiv qed tinżamm fi kwarantina.

Sakemm ikunu magħrufa r-riżultati llum, twaqqfu ż-żjarat minn barra bħala prekawzjoni.