
Anzjana ta’ 68 sena qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ntlaqtet minn vettura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45hrs fi Triq il-Qbajjar, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-mara sfat milquta minn vettura tat-tip Mitsubishi L200 misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Kerċem.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…
Fil-Qorti dalgħodu quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale, l-ex Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi naqas milli jippreżenta kopja tar-Rapport tal-Evalwazzjoni dwar il-ftehim li bih il-Vitals Global Healthcare ħadu t-tmexxija tal-isptarijiet. Iktar kmieni din…
Illum mistennija tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li huwa ssuspettat li ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ nhar l-Erbgħa li għadda, iżda dakinhar stess…
Fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar għaddejja l-elezzjoni każwali fuq it-tielet distrett għas-siġġu vakat minn Helena Dalli, wara li nħatret Kummissarju Ewropew. Huma erbgħa l-kandidati li tefgħu n-nomina tagħhom; Jean Claude Micallef,…