Lokali
Anzjana ta’ 64 sena tmut pożittiva għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 64 sena mietet pożittiva għall-Covid-19.

Ċifri ppubblikati mill-Ministeru għas-Saħħa juru li mill-bidu tal-pandemija, 442 persuna mietu pożittivi għal dan il-virus.

Intant, bejn ilbieraħ u llum ġew irreġistrati 62 każ ġdid ta’ Covid-19, waqt li fiequ 33 persuna oħra mill-virus. B’hekk, il-każijiet attivi ta’ Coronavirus fil-gżejjer Maltin tela’ għal 719.