Kronaka
Anzjana ta’ 83 sena tindarab gravi wara li ntlaqtet f’Raħal Ġdid

Anzjana ta’ 83 sena mill-Isla weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Pjazza Anton De Paul, Paola.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 74 sena li jgħix f’Ħal Tarxien.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.