Kronaka
Anzjana ta’ 86 sena tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn vettura

Anzjana ta’ 86 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.20pm fi Triq San Publju, il-Furjana.

L-anzjana ntlaqtet minn BMW 116I li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Imtarfa.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.