COVID-19
Anzjana ta’ 88 sena tmut waqt li pożittiva għall-Covid

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li anzjana ta’ 88 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid.

B’din il-mewt telgħu għal 450 il-vittmi li tilfu ħajjithom f’pajjiżna mindu feġġet il-pandemija.

Mill-aħħar aġġornament jirriżulta li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 32 każ ġdid waqt li fiequ 60 biex issa n-numru ta’ każijiet issa huwa ta’ 718.