COVID-19
Anzjana ta’ 91 sena tmut waqt li pożittiva għall-Covid

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 91 sena li kienet pożittiva għall-Covid.

L-anzjana mietet fl-Isptar Mater Dei fejn kienet qed tingħata l-kura għall-kumplikazzjonijiet li nqalawlha minħabba l-virus.

B’din il-mewt telgħu għal 456 il-vittmi tal-pandemija mindu feġġet f’pajjiżna f’Marzu 2020.