Kronaka
Anzjana tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza

Anzjana ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Desain, il-Birgu.

Il-Pulizija qalet li raġel ta’ 61 sena residenti Ħal Tarxien kien qed isuq vettura tal-għamla Perodua Rusa u għal xi raġuni laqat mara ta’ 68 sena residenti l-Birgu.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

F’rapport li ppubblika f’Lulju li għadda wara talba mid-Deputat Godfrey Farrugia, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler ddeskriva li l-prattika li l-membri parlamentari jkunu impjegati jew konsulenti tal-Gvern bhala…

Sajd

Il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran qablet li tintervjeni biex tipproteġi s-sajjieda Maltin li jispiċċaw maqbuda f’argumenti ma’ sajjieda oħra barranin dwar it-territorju tas-sajd. Dan wara qbil unanimu fl-aħħar laqgħa tal-Kummissjoni. Bis-saħħa…

Kultura

50 produzzjoni artistiċi u kulturali se jkunu għad-diżpożizzjoni tal-iskejjel mill-kindergarten sas-sekondarja fil-programm tal-Culture Pass 2019-2020. Din is-sena b’dawn il-produzzjonijiet mistennija jintlaħqu 30,000 student fl-iskejjel tal-Gvern, Knisja u indipendenti. Waqt it-tnedija…

Aktar