Kronaka
Anzjana tindarab gravi wara li ntlaqtet minn vettura

Mara ta’ 80 sena residenti Ħal Qormi,weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Pinto, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta’ 80 sena kienet intlaqtet minn vettura tat-tip Nissan li kienet qed tinstaq min raġel ta’ 63 sena residenti Ħal Qormi.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar