Kronaka
Anzjana tinqaleb bil-karozza f’Birkirkara

Mara ta’ 72 sena minn Santa Venera weġġgħet ħafif wara li nqalbet bil-karozza f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.50 p.m. fi Triq in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-anzjana kienet qed issuq Mercedes meta seħħ l-inċident.

Wara li nqalbet l-karozza laqtet żewġ vetturi li kienu pparkjati.

Fuq il-post waslet ambulanza b’tim mediku li taha l-ewwel għajnuna.

Peress li sofriet ġrieħi ħfief hija ma tteħditx l-isptar.