COVID-19
Anzjana tmut waqt li kienet pożittiva bil-COVID-19

Anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei dakinhar stess. Fit-2 ta’ Settembru ġiet trasferita fl-Isptar St Thomas u wara mill-ġdid l-Isptar Mater Dei fil-5 ta’ Settembru. Hija mietet fl-IDU, fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl.

Hija kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Aħbarijiet Oħra

Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici, li ġie mistoqsi dwar il-perjodu ta’ meta kien responsabbli mill-portafoll tal-Ġustizzja. Mistoqsi dwar il-proklama li ngħata…

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Aktar