Kronaka
Anzjana tmut waqt li kienet qed tgħum

Anzjana tilfet ħajjtha waqt li kienet qed tgħum f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:45am.

tvm.com.mt jinsab informat li l-mara kienet qed tgħum u kellha bżonn l-għajnuna. Hija ttellgħet fuq l-art u ngħatat l-ewwel għajnuna. Madankollu, l-anzjana tilfet ħajjitha fuq il-post.