Kronaka
Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret fil-Gżira

Mara ta’ 80 sena li tgħix il-Gżira weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Gżira stess.

Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq San Albert għall-ħabta tad-9.20am.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Nissan li kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 49 sena li tgħix Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar