Kronaka
Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel f’Għawdex

Mara anzjana ta’ 72 sena spiċċat l-isptar bi ġrieħi gravi, wara li ttajret minn żiemel ilbieraħ filgħaxija fir-Rabat Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq ir-Repubblika, waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel.

Il-mara, li hija mir-Rabat stess, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn aktar tard ġiet trasferita lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar