Saħħa
Anzjani f’4 rħula issa jistgħu jagħmlu test tad-demm minn darhom

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom.

Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità ta’ darhom, bħala parti minn proġett pilota li issa ġie estiż biex ikopri erba’ lokalitajiet kbar.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’diżabilità Silvio Parnis qal li dan is-servizz huwa ddedikat għal dawk l-anzjani u l-persuni b’diżabilità li jgħixu fi djarhom u minħabba xi problemi f’saħħithom ma jkunux jistgħu joħorġu minn darhom biex imorru fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa għal dan is-servizz.

Ħafna minn dawn il-persuni kien qed ikollhom iħallsu lil xi ħadd privatament għal dan is-servizz. Żied li qed isiru wkoll preparamenti sabiex dan is-servizz jinfirex fuq skala nazzjonali.

Għal aktar informazzjoni jew biex wieħed jibbukkja dan is-servizz, jista’ jċempel fuq 22589393 jew inkella fuq in-numru 159.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Illum mal-14 il-każ li ġew ikkonfermati bil-Coronavirus illum żdiedu 8 oħra li kollha ġejjin miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Dan ġie kkonfermat waqt konferenza stampa li saret tard filgħaxija. Is-Supertendent…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar