Barranin
Anzjani fil-Kanada ħadu damdima bla ħsieb wara ikla kannabis

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone.

Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu.

Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu ngħataw kejk taċ-ċikkulata (chocolate brownies) li kien fih il-kannabis. Mhux kulħadd ħa minn dan il-kejk, peress li kien servut ma’ ikel ieħor fi stil ta’ buffet.

Il-Pulizija ta’ Ontario qed tinvestiga kif il-kannabis sabet ruħha f’dan il-kejk; jekk kienx inxtara bi żball mill-organizzatur, jew jekk kinitx ġiet miżjuda l-kannabis apposta.

Fil-Kanada l-kannabis ġiet legalizzata s-sena li għaddiet, iżda huwa reat li wieħed jagħti din is-sustanza lil persuni oħra mingħajr il-kunsens tagħhom jew biex jagħmel il-ħsara.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo, ġie kkundannat għomru l-ħabs, u 30 sena oħra magħhom, minn Qorti fl-Istati Uniti. El Chapo ta’ 62 sena kien il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar…

Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Aktar