Lokali
Anzjani mhedda b’sikkina f’darhom minn ħalliel li ma seraq xejn

Ħalliel spiċċa ħarab b’idu f’idu minn residenza ta’ anzjani li pprova jisraq f’Ħal Tarxien.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ġo residenza li tinsab fit-Triq Sqajjaq.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li persuna mhux mgħarufa daħlet ġo residenza, waqt li ġewwa kien hemm koppja anzjana, raġel ta’ 70 sena u mara ta’ 69 sena.

Il-vittmi allegaw li l-persuna kienet mgħammda u kellu ukoll arma li taqta’ u bil-ponta. L-aggressur rabat lill-vittmi sabiex ma jiċċaqilqux, filwaqt li beda jqalleb fid-dar. L-aggressur ħarab min fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.

L-anzjani ma sofrew l-ebda ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-istorja ta’ Cinderella se tkun il-qofol tal-opra mill-pinna tal-kompozitur Malti tas-seklu dsatax Nicolo Isouard, li se tittella’ fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla fit-Teatru Manoel. Din se tkun it-tielet opra fil-programm ta’…

Lokali

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, l-Imsaġar tal-Aħrax inbelgħu min-nirien, fl-istess post fejn kien qabad daqs xahar ilu. Fin-nirien tal-lum, jidher li ġew meqruda ammont konsiderevoli ta’ siġar tal-Prinjol li għandhom ‘il fuq…

Lokali

Malta kisbet punti tajbin fl-iscoreboard dwar l-innovazzjoni fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li ġie pubblikat illum fi Brussell. F’rapport ta’ aktar minn mitt paġna li janalizza diversi aspetti tal-innovazzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni…

Lokali

Ġie inawgurat ir-restawr tal-Bieb ta’ Hompesch. Ir-restawr sar mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura u Gvern Lokali. Il-Bieb ta’ Hompesch inbena fl-1801 fuq ix-xewqa taż-Żabbarin ad unur il-Gran Mastru Hompesch,…

Aktar