Teknoloġija
App ġdida għall-Maltin li jkunu se jsiefru

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin żviluppa app għall-mobile li tiġbor tagħrif essenzjali dwar kull pajjiż madwar id-dinja. Dan bil-ħsieb li jgħin lill-Maltin jippjanaw ż-żjara tagħhom f’pajjiż ieħor, kemm jekk għal btala, studju jew xogħol.

Is-safar mill-Maltin qed ikompli jiżdied mhux biss lejn destinazzjonijiet tradizzjonali iżda wkoll lejn pajjiżi mbegħda. Jekk nieħdu biss l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Ġunju kien hemm żieda ta’ 42 fil-mija fil-Maltin li vvjaġġaw lejn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel.

Anke jekk rari, is-safar iġib ċirkustanzi fejn persuna jkollha tirrikorri għall-għajnuna tal-Ambaxxata jew Konsolat ta’ Malta jew fejn m’hemmx b’kuntatt dirett mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Id-direttur tas-servizzi konsulari, John Buttigieg, qal li ħafna mit-talbiet jistgħu jiġu evitati billi wieħed jiċċekkja sew l-affarijiet qabel isiefer bħal li l-passaport hu validu u t-tilqim li jrid jittieħed. Biex jgħin lill-Maltin, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin żviluppa l-app Malta Travel Point.

“Din l-app tindirizza dawn l-elementi kollha f’app waħda, easy to use u faċli biex tużaha u tindrizza dawn l-issues kollha li forsi turist li jkun barra minn Malta jkollu bżonn jaf xi ħaġa u bi press of a buttong speċi jkun jaf eżatt x’għandu bżonn jagħmel,” spjega Buttigieg.

Żied jgħid li l-app Malta Travel Point hi parti mill-kampanja li gvern qed jagħmel biex iressaq servizzi lejn iċ-ċittadini.

Il-Ministru Carmelo Abela qal li l-app hi wkoll għodda importanti f’każi ta’ emerġenza u appella lill-pubbliku biex ikun responsabbli u qabel isiefer ikollu f’idejh l-informazzjoni li jeħtieġ dwar il-pajjiż fejn sejjer.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar