Pulizija
Apparat ġdid sabiex il-pulizija jsaħħu t-taħriġ tagħhom

Il-Pulizija se jkunu jistgħu jsaħħu t-taħriġ tagħhom wara investiment f’apparat ġdid li huwa l-ewwel tat-tip tiegħu għall-forzi tal-ordni f’pajjiżna. Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li Korp tal-Pulizija jrid ikun fuq quddiem nett biex jinvesti fl-aħħar teknoloġija ħalli jsaħħaħ it-taħriġ kontinwu tal-membri tal-forzi dixiplinarji.

Bl-avvanz tat-teknoloġija membri tal-Korp tal-Pulizija se jkunu jistgħu jsaħħu t-taħriġ tagħhom bl-użu ta’ simulator li huwa tal-ewwel xorti tiegħu f’pajjiżna. .B’mod virtwali s-simulator jimita ċ-ċirkostanzi reali li jħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum il-Pulizija fosthom f’każi ta’ bullying, serq u terroriżmu.

L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Nezren Grixti qal li b’dan l-investiment ta’ €150,000 il-Pulizija se jitħarrġu b’mod aktar sigur u ekonomiku u effiċjenti,

“Dan jikkreja xenarji, permezz tas-software fejn qed tara pass pass l-operatur jiġifieri l-Pulizija x’qiegħed jagħmel apparti li wara kull xenarju tista tagħti l-kummenti u tgħallmu fejn mar ħażin.”

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li b’dan l-investiment it-taħriġ l-Pulizija se jkunu preparati għal kull eventwalità.

“Permezz tiegħu l-korp tal-pulizija qed ikun preparat għal kwalunkwe eventwalità, kemm jekk terroriżmu, kemm jekk għandek ‘mass shooting’, kemm jekk għandek kwalunkwe inċident ieħor illi sfortunatament il-korp tal-pulizija jiltaqa’ miegħu ta’ kuljum.”

Il-Ministru Camilleri semma sensiela ta’ proġetti oħra li qed isiru mill-Korp tal-Pulizija li mistennija jitlestew fiż-żmien li ġej fosthom il-bini ta’ żewġ għases ġodda. Fakkar ukoll li qed isir xogħol fuq binjiet minn fejn se jibdew jaħdmu timijiet ġodda tal-Pulizija tal-Komunità.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar