Lokali
Appell biex iktar nisa jittestjaw għall-kanċer tas-sider

F’disa’ snin, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening kontra l-kanċer bagħat mal-120,000 stedina lil nisa biex jagħmlu t-test għall-kanċer tas-sider. Madankollu, nofshom biss laqgħu l-istedina. Dan intqal waqt it-tnedija ta’ edizzjoni oħra ta’ Pink October biex jitqajjem għarfien akbar dwar il-kanċer tas-sider, li jista’ jiġi kkurat jekk jinqabad kmieni.

Id-Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo, qalet li fl-aħħar disa’ snin saru mal-64,000 test fuq in-nisa għall-kanċer tas-sider. Dr Vassallo qalet li minnhom ġew identifikati 423 każ ta’ kanċer fis-sider u ħafna setgħu jitfejqu għax il-kanċer inqabad fi stadju bikri.

“Nafu li l-5 year survival-rate hija ta’ 83% li hija kemm kemm iżjed għolja mill-medja Ewropea u dejjem sejra għall-aħjar,” qalet Dr Vassallo.

Fit-tnedija tat-tielet edizzjoni tal-Pink October, ix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat qalet li huwa diżappuntanti li huma biss nofs in-nisa li marru għat-testijiet minkejja l-istediniet li jintbagħatulhom.

“Ħafna drabi jkollok nies jgħidulek li jien nippreferi ma nkunx naf. Imma x’jiġri? Ħafna drabi mbagħad ikun tard wisq meta jkun irid jieħu ħsieb tiegħu nnifsu,” sostniet is-Sinjura Muscat.

Is-Sinjura Muscat qalet li f’Ottubru hemm għadd ta’ attivitajiet ippjanati biex ikabbru l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider fosthom il-bikeride u mixja billejl.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-eks Ministru Tonio Fenech instab ħati ta’ malafama f’kawża ta’ libell li saret kontrih mill-Avukat Martin Fenech, is-Sur Joseph Cordina u s-Sur Charles Scerri dwar allegazzjonijiet li kien għamel fil-konfront…

Lokali

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ffirmat l-att li jemenda l-liġi għall-Protezzjoni tal-Embirjuni u qalet li dan għamlitu b’lealtà biss lejn il-Kostituzzjoni u l-proċess demorkatiku. Il-liġi għaddiet jumejn ilu b’34…

Lokali

Malta tilfet il-kawża fil-Qorti Ewropea fil-Kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra kontra l-applikazzjoni ta’ deroga minn Malta għall-insib fuq seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana fl-istaġun tal-ħarifa. Għalkemm id-deċiżjoni mhix appellabbli, il-Gvern qal…

Lokali

Għall-Caritas kien jum ta’ ċelebrazzjoni b’għaxar persuni ddikjarati ħielsa mid-droga wara li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-grupp li inkluda 3…

Aktar