Lokali
Appell biex ir-restoranti jitħallew jiftħu sat-tard b’mod immedjat

L-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) qed tappella lill-Gvern biex jippermetti l-ftuħ tar-ristoranti b’mod sħiħ b’effett immedjat, waqt li saħqet li m’hemm l-ebda evidenza li r-restoranti kienu kaġun tal-firxa tal-Covid-19.

Fi stqarrija l-assoċjazzjoni qalet li s-sitwazzjoni għal dawn in-negozji qed issir dejjem iktar diffiċli, b’iktar stabbiliment li kull ma jmur qed jirrapportaw li se jkollhom jagħlqu l-bibien.

Qalet li minbarra l-ftuħ tal-istabbilimenti b’mod sħiħ, huwa kritiku wkoll li jingħataw il-vawċers biex ikunu mitigati d-diffikultajiet finanzjarji tal-istabbilimenti.

L-ACE laqgħet diversi miżuri mħabbra mill-Gvern s’issa, fosthom dawk marbuta mal-liċenzji tal-MTA u dawk dwar il-kirjiet u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.