Lokali
Appell biex tiltaqa’ mal-persuna li wasslitha l-isptar ħdejn ħuha 30 sena ilu

30 sena ilu David Wellman tilef ħajtu fl-età ta’ 17-il sena.

Lejlet Santa Marija tal-1989, Wellman tilef ħajtu f’inċident fatali f’water park f’Malta.

Fuq Facebook, oħt David, Alison Grech Wellman, qalet li dak iż-żmien l-ambulanza ma kienet tħalli lil ħadd jitla’ mal-pazjent u għalhekk David kellu jmur l-isptar waħdu.

Qalet li dakinhar kien hemm persuna li offriet li twassal lil oħtha ħdejn ħuha l-Isptar San Luqa.

Hija qalet li oħtha tixtieq ħafna li tiltaqa’ ma’ dik il-persuna li kienet wasslitha l-isptar ħdejn ħuha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar