Saħħa
Appell għal iżjed għajnuna għal min ibati b’mard infjammatorju tal-imsaren speċjalment fl-iskejjel

Għada se jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-IBD li tirreferi għal Inflammatory Bowel Disease, fi kliem ieħor mard infjammatorju tal-imsaren. Għal din l-okkażjoni, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mard Crohn’s u Kolite Ulċerattiva, appellat għal iżjed għajnuna speċjalment fl-iskejjel fejn hemm tfal b’dawn il-kundizzjonijiet.

Il-mard infjammatorju tal-imsaren jolqot is-sistema diġestiva u jikkawża infezzjoni fit-tessut tal-imsaren. Dan jikkawża numru ta’ sintomi bħal dijarea, nawżea, għejja, telf ta’ piż u xi kultant deni. Madwar id-dinja hemm iżjed minn 5 miljun persuna li jbatu minn dan il-mard kroniku. F’Malta hawn ftit iżjed minn elf persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.

Iċ-Chairperson tal-Malta Association of Crohn’s and Colitis, Josef Busuttil, qal li b’dan il-mard jolqot ukoll lit-tfal li sfortunatament imbagħad ibatu biex jikbru. Appella biex min ibati bl-IBD jieħu aktar prekawzjonijiet għax il-Covid-19 jaf ikabbru iżjed.

”Kura għall-IBD per se għad m’hemmx. Lanqas nafu għadna x’jista’ jikkaġuna persuna li jkollha IBD. Però jintużaw diversi mediċini minħabba s-sintomi. Jintużaw ukoll immunosuppressants biex iżommu l-immune system baxxa, jintużaw steroids u dawn kollha għandhom is-side effects tagħhom…. Min jieħu dawn il-mediċini importanti nħeġġuh li jibqa’ d-dar, ma joħroġx għax l-immune system tkun baxxa ħafna.”

Is-Sur Busuttil qal li iktar man-nies ikunu konxji tal-IBD iktar il-pazjenti jkunu jistgħu jsibu appoġġ mill-familji, ħbieb u kollegi fuq il-post tax-xogħol. Qal li għal uħud, li jesperjenzaw infjammazzjoni severa ta’ kuljum, hu diffiċli li jkunu attivi fid-dinja tax-xogħol. Qal li sfortuntament ftit hemm għajnuna finanzjarja minħabba li dil-marda mhix meqjusa bhala diżabbiltà.

”Għad fadal xi jsir speċjalment fejn jidħlu t-tfal. Kemm hu importanti li l-iskejjel ikunu jafu b’din il-kundizzjoni ħalli dawn it-tfal jekk ikollhom bżonn jużaw il-bathroom b’urġenza jħalluhom jużaw il-bathroom b’urġenza, anzi għandu jkun hemm bathroom imsakkra, nadifa, apposta għal dawn it-tfal. Jonqos ukoll bħala Assoċjazzjoni li jkun hemm nies imħarrġa għall-pazjenti li jbatu b’IBD bħal psychologists, nies li jgħinnuna fid-dieti tagħna. Importanti li jkollna nurse speċjalizzata fuq IBD… Inbatu biżżejjed fis-solitudni, għandna bżonn dan is-support.”

Is-Sur Busuttil qal li l-assoċjazzjoni tal-Crohn’s u l-Colitis tirringrazzja lit-tobba u l-infermiera li qal jaħdmu mal-pazjenti tal-IBD.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar