Politika
Appella lid-deputati tal-Gvern biex ipoġġu lil Malta l-ewwel u jneħħu lil Joseph Muscat minn PM

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lid-deputati tal-Gvern biex ipoġġu lil Malta l-ewwel u qabel kollox billi jneħħu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru llum qabel għada.

F’messaġġ li wassal fuq NET Television, Dr Delia qal li jekk ma jiġrix hekk, il-ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta ma tkunx tista’ tissewwa.

Waqt li rrefera għax-xhieda mogħtija mill-intermedjarju fil-Qorti, Dr Delia qal li hu ċar li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhux involut biss fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia iżda wkoll f’attentat biex il-ġustizzja f’dan il-każ ma sseħħx. Qal li din l-konklużjoni waslet għaliha wkoll l-Unjoni Ewropea. Il-Kap tal-Oppożizzjoni appella lid-Deputati tal-Gvern biex iħarsu l-interess nazzjonali għax il-pajjiż jixraqlu aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar