Politika
Appelli biex il-Gvern jintervjeni fl-industrija tal-films

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li sejħet bħala skandaluża li l-Kummissjoni tal-Films għamlet lista selettiva ta’ kumpaniji lokali minn fejn il-produtturi barranin jistgħu jagħżlu biex jaħdmu magħhom u jkunu intitolati għal inċentiv fit-taxxa.

Fi stqarrija oħra, l-Assoċjazzjoni tal-Producers qalet li talbet laqgħa mal-ministru Julia Farrugia Portelli biex tiddiskuti din l-kwistjoni u aspetti ohra tal-industrija. Implikat abbuż mill-Kummissarju tal-Films Johann Grech, u qalet li l-istqarrija tiegħu lbieraħ biex jiġġustifika ruħu tkompli tagħmel din is-sitwazzjoni aktar gravi bi ħsara għar-reputazzjoni ta’ Malta fl-industrija tal-films.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wkoll qal li jinsab imħasseb b’din id-diskriminazzjoni. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-settur, Therese Comodini Cachia, ingħaqdet mat-talba li saret biex il-Kummissarju tal-Films iġorr ir-responsabbiltà politika u jirriżenja wara dan l-aġir skandaluż.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar