X

Approvat bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul

Story Published

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul, fil-limiti ta’ Ħal Luqa.

Dawn l-erba’ blokok residenzjali mistennija jakkomodaw mal-490 resident.

Il-proġett huwa mifrux fuq 16,500 metru kwadru u jinkludi fih fost l-oħrajn pools ta’ terapija, sala, reservoir, imħażen, żona għall-iskart u żona għall-ħasil tal-ħwejjeġ. Jinkludi wkoll parkeġġ għal 264 vettura.

Kull blokka se jkun fiha żona għall-ikel, kamra għar-rikreazzjoni, kmamar għat-trattament u faċilitajiet għall-ħaddiema. Iż-żona tal-blokok se jkun fiha wkoll kappella.

Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ta permess ukoll għall-bini ta’ pompa tal-petrol f’Burmarrad, limiti ta’ San Pawl il-Baħar. Din il-pompa se tkun minflok pompa tal-petrol oħra li tinsab f’żona residenzjali f’Burmarrad, liema pompa tal-petrol se tinħatt.