Barranin
Approvat l-ewwel vaċċin Ċiniż kontra l-Covid-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa approvat l-użu tal-vaċċin tal-kumpanija Ċiniża Sinopharm.

Dan huwa l-ewwel vaċċin Ċiniż li kiseb l-approvazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Iċ-Ċina diġà laqqmet miljuni ta’ persuni fil-pajjiż u f’45 pajjiż ieħor.

Sal-lum l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kienet approvat biss it-tilqim minn Pfizer, l-AstraZeneca, Johnson & Johnson u Moderna.

Madankollu r-regolaturi tas-saħħa f’diversi pajjiżi, l-aktar dawk fqar fl-Afrika u fl-Asja diġà approvaw it-tilqima Ċiniża għal użu ta’ emerġenza.