Sajd
Approvat permess temporanju għall-gaġeġ tat-tonn

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva permess temporanju għar-rilokazzjoni ta’ gaġeġ tat-tonn li minn tnax se jiżdiedu għal 24. Il-gaġeġ li huma ta’ Azzopardi Fisheries se jinħarġu aktar ‘il barra u se jkunu 5 kilometri ‘l barra mix-xatt tal-Qawra.

Il-perit tal-applikant, Charles Buhagiar, qal li r-raġuni għaż-żieda fil-gaġeġ hi minħabba li l-kwantità ta’ hut li kellhom permess għalih kien id-doppju ta’ dak li jesgħu il-ġaġeġ li għandhom bħalissa.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Victor Axiaq, qal li l-Awtorità tagħmel sorveljanza kontinwa għaż-żjut li joħorġu mill-gaġġeġ li jinġabar mill-operatur. Il-bijologista Adrian Mallia, li tkellem f’isem l-applikant, qal li hu stmat li kull gaġġa tipproduċi mal-275 kilo ta’ żejt kuljum.

Il-bord approva l-permess li huwa validu għal ħames snin, bi planning gain ta’ €60,000 li jridu jitħallsu mill-applikant. Il-permess hu temporanju sakemm jinħareġ il-permess għal żona ta’ akwakultura fit-Tramuntana.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar