Lokali
Approvat proġett għal persuni b’diżabilità fin-Naxxar

Il-Bord tal-Awtorita tal-Ippjanar approva b’mod unanimu, proġett komunitarju tal-Gvern li ser ikun aċċessibli għal persuni b’diżabilità fl-inħawi ta’ San Pawl tat-Targa fin-Naxxar.

Il-proġett ġie propost mil-Aġenzija Sapport u kien tħabbar fil-budget ta’ sentejn ilu.

Dan ser isir fuq medda ta’ 10,000 metru kwadru art li ser jinkludi diversi faċilitajiet għal ħajja indipendenti u ser jinkludi, gym, ħwienet żgħar li fihom jaħdmu l-persuni li ser ikunu qegħdin joqogħdu f’dan il-kumpless.

L-erba’ blokok tal-kumpless ser jieħdu terz tas-sit bil-bqija jintuża bħala spazji miftuħa għall-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mara tqila ttieħdet l-isptar wara li żiemel laqat il-karozza. Mad-daqqa ż-żiemel tilef ħajtu. L-inċident seħħ fi Triq Manoel Dimech, Ħal Qormi għall-ħabta tal-5.10pm. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei bħala prekawzjoni….

Lokali

Ingliż ta’ 79 sena, dalgħodu nstab mejjet fil-kamra tas-sodda, fl-appartament fejn jgħix fi Triq it-Torri, f’Kerċem. Il-Pulizija qalet li meta marret fuq il-post, kif daħlu fil-blokka t’appartamenti, mill-ewwel inxtammet riħa…

Lokali

BirdLife Malta qalet li tilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru biex ikun hawn il-ħarsien tal-ordni pubbliku. Iżda żiedet tgħid li l-ħarsien tal-liġi fil-kampanja Maltija huwa ineżistenti. Fi stqarrija ntqal li fil-kampanja Maltija…

Aktar